Logo Slogan
 Home | International | Contact Us or Find Us | Solar Kits & Design | Solar Street Lighting | Wholesalers
Login / Register | My Cart (Your Shopping Cart is Empty)  
Categories
Gift Certificates
Solar Water Features
Fans
Garden Solar Lights
Reversos Osmosis Water Treatment Systems
Solar Dwarfs & Resin Lights
Solar Panels & Equipment
Solar Powered Utility
Solar Security Products
Solar Signs
Solar Speciality Lights
Solar Street Lights
Solar Traffic Signs
Solar Wall Lights
Solar Water Heaters - Thermal Solar
LightTape Electroluminscent
Govena Energy Savers
Low Voltage Landscaping Lights
Electric Outdoor Lights
Batteries
Solar Kits
Ulitium Solar Kits
Hot Gadgets

Solar Street Lighting


11.11.2009 OPENING OF SOLAR POWERED STREET IN JEAN DE LA CASSIER,
ST PAULS BAY. PRESENT MEMBERS FROM THE ST PAULS BAY LOCAL COUNCIL
AND THE MAJOR MRS GRAZIELLA GALEA AND EXECUTIVE SECRETARY
MRS ROSE CAMILLERI.
CENTRE HONS. DR CHRIS SAID SECRETARY FOR PARLIAMENT PRIME
MINISTERS OFFICE.


PRESS RELEASE Nru. 1965

OFFICE OF THE PRIMEMINISTER
 

IL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR INIEDI PROĠETT MARBUT MAL-UŻU EFFIĊJENTI TAL-ENERĠIJA

Aktar minn 6,000 Ewro mill-Iskema tal-Użu Effiċjenti tal-Enerġija

Fi Triq Jean de la Cassière f’San Pawl il-Baħar ġiet inawgurata sistema ġdida ta’ dawl li jaħdem bl-enerġija tax-xemx.  Dan il-proġett ġie jiswa ‘l fuq minn 7,000 Ewro fejn il-Kunsill Lokali bbenefika minn aktar minn 6,000 Ewro mill-Iskema ta’ Użu Effiċjenti tal-Enerġija. Din l-iskema kienet imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said żar dan il-proġett u faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali li ħataf l-opportunità offruta permezz tal-iskema msemmija u ħadem fuq proġett li juża enerġija alternattiva li tgħin biex jonqos it-tniġġiż tal-arja.

Chris Said qal li l-Kunsill Lokali ssodisfa l-bżonn tar-residenti tat-triq li kienet għadha mhix imdawwla, iżda biex għamel dan ma marx għall-eħfef u l-aktar soluzzjoni faċli.  Il-Kunsill fehem il-bżonn li kull lokalità trid tagħti s-sehem tagħha biex tittaffa l-problema tat-tniġġiż tal-arja u emmen li hu wkoll jista’ jagħmel xi ħaġa sabiex tingħeleb din l-isfida globali.

Is-sistema mnedija f’San Pawl il-Baħar hija ddisinjata speċifikament għal Malta u dan jassigura li d-dawl ikun provdut b’mod konsistenti u effiċjenti.  Apparti l-ispejjeż tal-elettriku din is-sistema se tiffranka spejjeż oħra bħalma huma dawk ta’ stallazzjoni ta’ metres, tħaffir tat-trinek fit-triq, stallazzjoni ta’ grid u oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li mill-iskema għall-użu effiċjenti tal-enerġija bbenefikaw xejn anqas minn 41 kunsill lokali li bejniethom ħadu madwar 400,000 Ewro.  Fost dawn kien hemm konsorzju ta’ 15-il kunsill lokali li ffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni sabiex iwettqu proġett flimkien u dawn ibbenefikaw minn aktar minn 200,000 Ewro.

Il-proġetti u inizjattivi li qed jiġu mwettqa mill-kunsilli lokali jvarjaw minn sistemi ta’ enerġija rinnovabbli ta’ effiċjenza għolja sa stallazzjoni ta’ solar water heaters fuq il-bini tal-istess kunsilli lokali.

Chris Said inkoraġġixxa lill-kunsilli lokali sabiex fl-inizjattivi u proġetti kollha tagħhom iżommu quddiem għajnejhom li huma wkoll jistgħu jikkontribwixxu biex tintrebaħ l-isfida tat-tniġġiż tal-arja u t-tibdil fil-klima u hekk jiġi assigurat li l-pajjiż kollu jkun qed jaħdem biex jilqa’ għal dik li hi sfida globali u li taffetwana direttament.

DOI – 12.11.2009



The project includes four items as pictured above. Further details to follow.
Spec sheet

Signup for our newsletter
Email Address :
Click here to unsubscribe
My Cart
Your Shopping Cart is Empty
Home | International | Site Map | About Us | Terms and Conditions | Contact Us or Find Us | Solar Kits & Design | Wholesalers
 
  Powered by Aplus.net Cart - Shopping Cart Software